Tuesday, January 27, 2026

It-tieni rebħa nfila għal Chris Peplow

Aqra wkoll

Il-fażi tal-gruppi tal-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Federazzjoni Dinjija tas-Snooker (WSF) li qed isir f’Sofia, l-Bulgarija, kompliet it-Tnejn fejn Chris Peplow kien l-uniku plejer Malti li rebaħ minn erba’ plejers li kienu fl-azzjoni.

Peplow issa rreġistra t-tieni rebħa konsekuttiva tiegħu minn daqstant logħbiet u wara din ir-rebħa jinsab f’ras il-klassifika ta’ Grupp X fil-mument. Huwa għeleb lit-Tajlandiż, Lomnaw Issarangkun Na Ayuttaya li rebaħ l-ewwel frame iżda Peplow mit-tieni frame wera superjorità u kien fil-kontroll tal-logħba tant li għalaq it-tieni frame bi break ta’ 63 punt. Fiż-żewġ frames suċċessivi l-Malti ftit ċans lil avversarju jidħol fil-logħba u b’mod komdu ġab il-konfront fi tmiemu għal skor finali ta’ 3-2 bil-punteġġi tal-frames ikunu: 30-62, 65(63)-30, 61-9, 76-9.

Aaron Busuttil, Alex Borg u Chris Camilleri kienu fuq n-naħa tat-telliefa f’dan it-tielet jum ta’ kompetizzjoni.

Għal Aaron Busuttil kienet it-tieni telfa tiegħu matul dan il-kampjonat u l-avversarju tiegħu kien iċ-Ċiniż ta’ 15-il sena, Wang Xinzhong, li l-ġimgħa l-oħra waqt il-Kampjonat tal-Juniors kien tilef fil-kwarti finali. Wara r-raba’ frame l-logħba marret għal frame deċiżiv fejn Xinzhong wettaq break ta’ 105 punti għal skor finali ta’ 3-2 favuru. Huwa kellu jieqaf peress li wara ppottja l-15-il ħamra, b’cans li jkompli jkabbar il-break għal 139 punt, hu lagħab kolp b’saħħtu u l-boċċa s-sewda perprett fil-pocket u qabżet barra l-mejda.

Fil-logħbiet l-oħra tat-Tnejn, Alex Borg tilef kontra Joel Connolly tal-Irlanda ta’ Fuq, 3-0 filwaqt li Chris Camilleri ġarrab it-tieni telfa minn daqstant logħbiet kontra Ganzorig Soyolsuren tal-Mongolja bl-iskor ta’ 3-1.

It-Tlieta, s-seba’ plejers Maltin jilgħabu kollha u l-konfronti tagħhom huma kif ġej:

09:00Grupp XChris PeplowvsVladut Ciuche (Rumanija)
11:00Grupp AEXavier RizzovsSimon Blackwell (England)
13:00Grupp CChris CamillerivsMatvei Lagodzinschii (Ukranja)
13:00Grupp AMAlex BorgvsNikita Bazilevics (Latvja)
15:00Grupp FJoseph CashavsSteven Hughes (England)
15:00Grupp IBrian CinivsWayne Brown (England)
17:00Grupp QAaron BusuttilvsManuel Ederer (Ġermanja)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport