Sunday, November 3, 2024

It-tieni suspettat b’rabta mal-massakru fil-Kanada jmut fil-kustodja tal-Pulizija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-tieni suspettat b’rabta mal-massakru fil-Kanada li ħalla 10 mejtin u mad-19 oħra midrubin miet waqt li kien fil-kustodja tal-Pulizija.

Myles Sanderson ta’ 32 sena sofra minn kumplikazzjoni ta’ saħħa wara l-arrest tiegħu fi triq fil-provinċja ta’ Saskatchewan wara ġirja mill-pulizija.

Filwaqt li ma ngħataw l-ebda dettalji b’rabta mal-mewt tiegħu, wieħed mill-uffiċjali qal li Sanderson miet kawża ta’ ġrieħi li kkawża lilu nnifsu. Intant il-vittmi għadhom rikoverati fi sptar, bi tlieta minnhom f’kundizzjoni kritika.

S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għal dan il-massakru, iżda ż-żew suspettati – Myles u ħuh Damien ta’ 31 sena huma t-tnejn dikjarati mejtin.

Kemm is-suspettati, kif ukoll il-maġġoranza ta’ dawk maqtula kienu jiffurmaw parti mill-komunità indiġena James Smith Cree Nation.

Il-Pulizija sabet il-katavru ta’ Damien aktar kmieni din il-ġimgħa u għaddejja investigazzjoni b’rabta mal-mewt tiegħu. F’dan l-istadju l-Pulizija mhix teskludi li Damien seta’ nqatel minn ħuh stess.

Sport