Thursday, November 27, 2025

It-tieni turnew ta’ kwalifikazzjoni tat-tazza tan-nazzjonijiet 2026 f’fażi kruċjali

Aqra wkoll

Wara li l-parteċipazzjoni b’suċċess fil-Kampjonat Ewropew, il-Malta Blackball Federation qed tħares lejn sehem ieħor internazzjonali, dak tat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026.

Fil-fatt, il-federazzjoni għaddejja bit-tieni turnew ta’ kwalifikazzjoni sabiex minnu joħorġu l-plejers li se jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali Malti.

Il-kompetizzjonijiet jinsabu fi stadju ta’ semifinali fejn fl-irġiel kienu Clayton Castaldi, Luke Said, Clint Azzopardi u Wayne Pace li għaddew għal mal-aħħar erbgħa.

Wayne Pace u Clint Azzopardi kisbu skor identiku ta’ 8-5 kontra Kevin Schembri u Glenn Axiaq rispettivament filwaqt li Clayton Castaldi xejn ma sabha faċli kontra Clayton Attard għalkemm rebaħ 8-7. Luke Said għeleb lil Mevrick Zammit 8-3 sabiex għamilha wkoll għas-semifinali li se jintlagħbu għada.

Fil-fatt, Luke Said se jilgħab kontra Wayne Pace filwaqt li Clayton Castaldi għandu impenn diffiċli ieħor meta jiltaqa’ kontra Clint Azzopardi.

Fis-seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena, Joseph Tabone se jiltaqa’ kontra Philip Farrugia fis-semifinali wara li aktar qabel eliminal lil Darren Micallef 8-4. Min-naħa tiegħu, Farrugia għeleb lil Stephen Falzon 8-6.

Chris Tabone, li aktar qabel għeleb lil Sandro Bartolo 8-2 irid jistenna l-avversarju tiegħu hekk kif fl-aħħar kwarti tal-finali Johan Grixti jiltaqa’ kontra Mario Scicluna.

Finalment fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, Nick Muscat huwa l-ewwel finalist hekk kif fis-semifinali għeleb lil Steven Muscat 8-7. Għada tintlagħab it-tieni semifinali bejn Casdy Vella u Matthias Debono.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport