Monday, November 4, 2024

It-tifel li kien jinsab f’koma miet l-isptar wara li ntfew il-magni li kienu qed iżommuh ħaj

Aqra wkoll

Archie Battersbee li kellu tnax-il sena u kien jinsab f’koma, miet l-isptar wara li ntfew il-magni li kienu qed iżommuh ħaj. Dan ġie kkonfermat mill-familja tiegħu lllum stess. 

Huwa kien ilu f’koma minn April li għadda wara li kien instab mitluf minn sensih f’daru f’Essex, fl-Ingilterra. Huwa kien qed jinżamm ħaj permezz tal-magni u trattament ieħor. 

Bid-dmugħ f’għajnejha l-omm qalet li t-tobba kkonfermawlha li binha miet illum għall-ħabta tal:12:15 p.m. wara li l-magni ġew mitfija. 

Familjari tat-tifel spjegaw kemm hija ħaġa diffiċli li tassisti għall-aħħar mumenti u taf li ma tista’ tagħmel xejn aktar. Huma qalu li l-ebda familja m’għandha tgħaddi minn dak li għaddew minnu huma. 

It-tobba tar-Royal London Hospital kienu talbu lill-Qorti sabiex titwaqqaf il-magna tat-tifel għaliex qalu li ma kien hemm l-ebda tama li t-tifel joħroġ mill-koma. Kif il-Qorti tat permess lit-tobba sabiex jitfu l-magni, il-ġenituri tat-tifel ma qablux ma’ din id-deċiżjoni għalhekk ressqu l-każ quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem bit-tama li jerbħu l-appell. Iżda dan ma kienx il-każ għaliex il-Qorti ddikjarat li ma kinitx kompetenti biex tintervjeni f’dan il-każ, għalhekk il-ġenituri spiċċaw biex tilfu l-appell. 

Sport