Libjan ta 30 sena residenti Ħaż-Żabbar ċaħad l-akkużi fil-konfront tiegħu fosthom li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq l-eks tfajla tiegħu u anke li beżża’ lil bintha. Hu ġie akkużat ukoll li wettaq wettaq ħsarat fuq il-vettura tagħha.
Il-Prosekuzzjoni qalet li nhar is-Sibt li għadda, l-imputat allegatament ħebb għall-eks tfajla tiegħu u dan kollu sar quddiem bintha ta’ 7 snin. Qalet li f’dan il-każ l-imputat allegatament kissrer il-wind screen u l-mera tal-karozza tal-allegat vittma u anke kissrilha l-mobile.
Hekk kif daħal ir-rapport il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fej sabet lir-raġel u lill-mara f’argument, bil-minuri tipprova waqqaf dan l-istess argument. L-imputat ġie arrestat fuq il-post.
Id-difiża qalet li f’dan l-istadju ma kinixt qiegħda titlob għall-ħelsien mill-arrest bil-Maġistrat ordna li l-Libjan jibqa’ jinżamm arrestat filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-mara u t-tifla.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit. L-avukati Franco Debono u Adreana Zammit dehru għall-akkużat.



