Wednesday, April 24, 2024

It-tilqim bil-booster f’pajjiżna jibqa’ għaddej anke f’Jum il-Milied

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li t-tilqim bil-booster se jibqa’ għaddej anke matul il-Jum tal-Milied.

Huwa rringrazzja mill-qalb lill-professjonisti dedikati tax-xogħol li jagħmlu u awgura l-Milied it-tajjeb lil kulħadd.

It-tilqim ġewwa Malta għaddej b’rittmu tajjeb hekk kif sal-Ħamis ingħataw 184,929 doża tal-booster.

Fil-preżent kull min għandu ‘l fuq minn 35 sena jista’ jirreġistra biex jieħu l-booster filwaqt li minn nhar it-Tnejn li ġej kull min għandu aktar minn 18-il sena jista’ wkoll japplika għall-booster.

L-appelli minn naħa tal-awtoritajiet baqgħu kontinwi biex in-nies jaċċettaw l-istedina u jitlaqqmu bil-booster b’mod speċjali fl-isfond tal-varjant Omicron.

Fi kliem il-Virologu Prof. Barbara l-booster qiegħed jagħti protezzjoni tajba għall-varjant tal-Omicron.

Sport