Thursday, November 7, 2024

“It-tilqima tal-Covid-19 m’għandhiex tkun tellieqa ta’ min se jeħodha l-ewwel” – MUT

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub Minn Carmen Cachia

F’Marzu li għadda l-iskejjel ingħalqu iżda b’aktar minn 50 miżura ta’ prekawzjoni kontra l-imxija tal-Covid-19, ingħatat bidu b’suċċess għas-sena skolastika l-ġdida tant li l-istituzzjonijiet edukattivi għandhom jilqgħu studenti fihom. Minħabba l-pandemija, xi ftit ta’ riskju ta’ infezzjoni hemm u minħabba f’hekk, l-Unjin tal-Edukaturi Professjonisti (UPE) qiegħda titlob lill-Gvern biex jikkonsidra lill-edukaturi kollha bħala frontliners u jkunu minn tal-ewwel li jingħataw it-tilqima kontra l-Covid-19. Dan is-sit staqsa lill-Malta Union of Teachers (MUT) jekk taqbilx ma’ din il-proposta fejn il-President, Marco Bonnici, infurmana li diġà talbu biex l-edukaturi vulnerabbli jkunu minn tal-ewwel iżda, saħaq li fis-sitwazzjoni li qegħdin, m’għandha qatt issir tellieqa ta’ min se jkun vaċċinat l-ewwel.

F’dawn il-ġranet il-UPE ħarġet b’dan l-appell lill-Gvern minħabba li ta’ kuljum  l-edukaturi huma esposti għal numru kbir ta’ nies. Dan bil-konsegwenza li jiżdied ir-riskju li jkunu infettati u li, mingħajr ma jridu, ixerrdu l-virus. 

Il-UPE temmen li jekk l-edukaturi jkunu minn tal-ewwel li jingħataw din it-tilqima jkun evitat il-bżonn li jittieħed il-leave tal-kwarantina jew tal-mard, ikun hemm serħan il-moħħ għal saħħet l-edukaturi, kif ukoll jitlesta l-kurrikulu tas-sena tal-istudenti.

Min-naħa tiegħu l-President tal-MUT, Marco Bonnici, saħaq li huma dejjem iħarsu l-interessi tal-edukaturi u bħala unjin, diġà talbu arranġamenti għall-edukaturi f’riskju għoli. Issa, din il-unjin qiegħda titlob lill-Gvern biex l-edukaturi li huma vulnerabbbli, ikunu minn tal-ewwel li jingħataw it-tilqima kontra l-Covid-19.

“L-MUT issostni wkoll li din it-tilqima m’għandha qatt issir tellieqa ta’ min se jkun imlaqqam l-ewwel u min it-tieni. Il-kunċett xjentifiku wżat f’tali ċirkostanza, magħruf bħala l-herd immunity, imur lil hinn minn ordni partikolari iżda, in-numru ta’ persuni vaċċinati ikkomparat mal-popolazzjoni, jagħmel id-differenza fit-trażżin tat-tixrid tal-virus,” sostna Bonnici. 

F’dan ir-rigward il-President tal-MUT żied jgħid li dan għandu jsir filwaqt li l-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli għandha tingħata prijorità.

Sport