Il-ġlied bejn it-truppi Tajlandiżi u dawk tal-Kambodja dwar fruntiera kkontestata daħal fit-tieni jum tiegħu, b’Bangkok iwissi li l-kunflitt jista’ jeskala u “jimxi lejn gwerra”.
S’issa nqatlu 16-il persuna filwaqt li għexieren ta’ eluf oħra ġew trasferiti lejn ċentri ta’ evakwazzjoni fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera.
Il-ġlied li beda l-Ħamis li għadda u kompla kmieni l-Ġimgħa filgħodu, irrapporta l-militar Tajlandiż, b’dawn iż-żewġ pajjiżi qed jiġġieldu fl-aktar kunflitt imdemmi tagħhom f’aktar minn għaxar snin.
Il-ġlied seħħ fi 12-il post differenti tul il-fruntiera kkontestata. Sadanittant uffiċjali Tajlandiżi qalu li 138,000 persuna minn erba’ provinċji mal-fruntiera kellhom jiġu evakwati.
Sadanittant, l-Istati Uniti, iċ-Ċina, l-Awstralja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja appellaw biex jieqaf dan il-ġlied.