It-tim femminili ta’ MITTC magħmul minn Anthea Cutajar, Rouaa Elnaghi u Stella Tzaridou kiseb kwalifikazzjoni storika għall-finali tal-Europe Trophy tat-Table Tennis meta spiċċa fl-ewwel tliet pożizzjonijiet waqt it-turnew internazzjonali li sar f’Malta.
Minkejja li tilfu l-aħħar żewġ partiti li lagħbu kontra ASD Tennistavolo Sassari (2-3) u Panathinaikos (1-3), in-nisa Maltin xorta kellhom biżżejjed punti sabiex waslu għal din il-kwalifikazzjoni tat-turnew li se jsir fl-Estonja f’April li ġej. It-tim kien taħt il-gwida tal-kowċ Johanna Grech.
Riżultat ieħor prestiġġjuż kisbuh it-tim tal-irġiel ta’ MITTC wara li għelbu lil Muravera 3-0. Minkejja kollox, dan ir-riżultat ma kienx biżżejjed sabiex huma jikkwalifikaw għar-round li jmiss ta’ din il-kompetizzjoni.
Tim ieħor involut kien HiTT Academy Tibhar li tilef 3-0 kontra Marcozzi B tal-Italja.