Tuesday, December 24, 2024

It-tim nazzjonali Malti tal-Futsal għall-Kwalifiki Ewropej fl-Iżvizzera

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tal-Futsal tal-Malta FA, immexxi mill-Head Coach Gabriel Dobre, beda vjaġġ eċċitanti lejn Berna, l-Iżvizzera għall-Kwalifiki Ewropej tal-Futsal għall-Euro 2026. It-tim telaq dalgħodu, mimli b’determinazzjoni u spirtu hekk kif qed jipprepara biex jirrappreżenta lin-nazzjon tagħna fix-xena internazzjonali.

Ir-rawnd preliminari, li se jsir bejn it-8 u l-14 ta’ April, se jara lit-tim nazzjonali tagħna jikkompeti fi Grupp C kontra avversarji formidabbli. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ April ser niffaċċjaw kontra l-Iskozja f’dik li twiegħed li tkun partita eċċitanti. Dan se jkun segwit minn logħbiet kontra Ġibiltà nhar il-Ħamis, 11 ta’ April, u l-Iżvizzera s-Sibt, 13 ta’ April.

It-Tnejn, 8 t’April, tħabbret uffiċjalment is-sejħa tat-Tim Nazzjonali tal-Futsal ta’ 15-il player, li juri li dan huwa grupp ta’ atleti b’talent u dedikat li lesti jagħtu kollox għal pajjiżhom.

Ejja ningħaqdu flimkien bħala nazzjon wieħed biex nissepportjaw lit-tim nazzjonali tagħna hekk kif qed jistinkaw għall-glorja f’Bern, l-Isvizzera!

Ekonomija

Sport