Saturday, June 28, 2025

It-tim nazzjonali Malti tal-hockey jibda l-preparazzjoni tiegħu għal Euro Hockey 3

Aqra wkoll

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti Chris Attard għażel skwadra ta’ 18-il plejer sabiex jibdew jippreparaw għall-kompetizzjoni tal-Euro Hockey 3 li se ssir fil-belt Torka ta’ Kirklareli bejn it-28 ta’ Lulju u t-2 t’Awwissu li ġej.

Attard beda s-sessjonijiet ta’ taħriġ mal-plejers tiegħu li għadhom ġejjin minn staġun intensiv b’uħud minnhom li saħansitra lagħbu fil-kompetizzjonijiet Ewropej tal-klabbs fejn kisbu riżultati prestiġġjużi.

Malta telgħet biex tilgħab f’Pool A flimkien mal-Ukrajna, l-Ungerija u l-Bulgarija. Kull tim se jilgħab tliet logħbiet u l-aqwa żewġ timijiet jikkwalifikaw għas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni filwaqt li l-aħħar tnejn jingħaqdu mal-oħrajn li spiċċaw fl-istess pożizzjoni sabiex jilagħbu l-logħob ta’ klassifikazzjoni.

Sadanittant din hi l-iskwadra li għażel il-kowċ Chris Attard

Marvin Grixti, Shamison Mifsud, Chris Agius, Luke Borg Costanzi, Charlo Sammut (Vice Captain), Luke Brincat, Xandru Mifsud Bonnici, Luca Fsadni, Alex Kirton, Shawn Dimech, Thomas Degiovanni (Captain), Zachary Degiovanni, Nathan Pace Gasan, Karl Chircop, Luke Bajada, Keith Bajada, Alessandro Amore, Lucas Brincat

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport