It-tim nazzjonali Malti tal-irġiel tal-Pool ġie nkurunat Champion tal-Eightball Pool tal-Ewropa wara rebħa meraviljuża ta’ 8-5 kontra l-Ingilterra fil-finali f’Ċipru.
Dan it-trijonf storiku jimmarka r-raba’ darba li Malta rebħet dan it-titlu Ewropew prestiġjuż.
It-tim rebbieħ kien magħmul minn: Dejan Grech, Johan Attard, Ryan Pisani, Miguel Falzon u Gary Carr.
Immexxi mill-captain veteran Carmel Cilia, it-tim ta prestazzjoni mimlija ħila, determinazzjoni, u spirtu Malti veru.

