Friday, November 15, 2024

It-tim nazzjonali Malti taż-żgħażagħ f’kamp ta’ taħriġ fil-Ġermanja

Aqra wkoll

Għaxar plejers li jilagħbu t-table tennis u li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali taż-żgħażagħ jinsabu l-Ġermanja għall-kamp ta’ taħriġ ta’ ġimgħa. Dan kollu qed iseħħ ftit jiem qabel ma’ t-tim nazzjonali Malti jipparteċipa fil-kampjonat Ewropew taż-żgħażagħ li se jsir fil-Polonja.

Il-kontinġent Malti hu ffurmat minn Luke Bonello, Anthea Cutajar, Sabine Darmanin, Oliver Farrin Thorne, Sebastian Farrin Thorne, Luke Fenech, Neil Incorvaja, Rachel Mifsud, Conrad Puli u Matthew Zammit. Huma qed jiġu mħarrġa mill-kowċis Viktoria Lucenkova u Umberto Borg Cardona flimkien ma’ Tom Wetzel minn Top Spin Sport Gewerbepark f’Markfield.

Mal-kontinġent Malti ngħaqad ukoll Felix Wetzel li għadu kemm rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’pajjiżna u li bħalissa jinsab fil-298 post tar-rankings mondjali mill-Federazzjoni tat-Table Tennis Internazzjonali li qed jgħin f’dan il-kamp ta’ taħriġ.

Ekonomija

Sport