Matul tmiem din il-ġimgħa, it-tim nazzjonali Malti tad-darts se jilgħab diversi logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Awstrija fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop. Din se tkun it-tieni laqgħa bejn iż-żewġ pajjiżi wara li aktar kmieni din is-sena, il-Maltin lagħbu l-avversarji Awstrijaċi fi Vjenna.
Il-Maltin se jipparteċipaw fil-kategoriji singles, doubles, seniors u ta’ tim bil-logħbiet isiru bejn is-Sibt u l-Ħadd.
Fil-kategorija tal-irġiel, il-plejers magħżula huma Albert Scerri, Enrico Scerri, Norbert Attard u Anthony Borg, b’dan tal-aħħar li se jieħu sehem ukoll fis-seniors flimkien ma’ Anthony Caruana.
Fis-subien hemm Matti Satariano, Kyle Satariano u Gerard Spiteri li ġew magħżula għal dan l-avveniment ta’ ħbiberija.
Mill-banda l-oħra, Althea Ciantar u Joanne Borg li flimkien mal-plejer żagħżugħa Shanaia Montebello huma r-rappreżentanti femminili.
Id-delegazzjoni Maltija se tkun immexxija mill-president tal-MDA Roderick Zammit bit-tim manager tal-irġiel ikun Joey Borg u dak tan-nisa Tony Tonna. Mill-banda l-oħra, Dorianne Busuttil se tieħu ħsieb it-tim taż-żgħażagħ.