Wednesday, June 25, 2025

It-tim nazzjonali tal-Veterani bl-aħħar logħba tal-istaġun kontra Middlesex Wanderers AFC

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tal-Veterani se jilgħab l-aħħar logħba tal-istaġun 2024/25 meta jaffaċċja lil Middlesex Wanderers AFC għal Bobby Charlton Memorial Cup.

It-tim immexxi minn Joe Micallef ġejjin minn sensiela ta’ rebħ fejn tista’ tgħid għadhom bla telfa fejn kien hemm ukoll żewġ partiti mirbuħa barra minn darhom inkluża l-logħba kontra All Stars Sicilia u riċentement kontra l-veterani ta’ Wales.

Middlesex Wanderers għandhom skwadra kompetittiva b’xi wħud mill-plejers li saħansitra lagħbu fil-Premier League Ingliż.

Din il-partita hi waħda speċjali minħabba li l-qligħ li se jinġabar se jmur għall-kawża nobbli hekk kif il-Veterans Malta Football Association se tagħti donazzjoni lil Puttinu Cares.

Sadanittant, il-kowċ Joe Micallef sejjaħ skwadra ta’ 17-il plejer għal din il-logħba.

Goalkeepers
Justin Spiteri, Matthew Camilleri

Difensuri
Brian Said, Jeffrey Chetcuti, Daniel Scerri, Steven Bonnici, Gareth Magri, Charlo Magro

Midfielders
Gareth Sciberras, Kevin Sammut, Kurt Magro, Beppe Muscat, Dino Cachia, George Frendo

Attakkanti
Ian Zammit, JP Mifsud Triganza, Manolito Micallef

Il-partita se tintlagħab nhar is-Sibt li ġej fil-Victor Tedesco Stadium u tibda fis-6pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport