Thursday, June 5, 2025

It-tim nazzjonali tal-veterani jitilqu lejn Wales għal Gary Speed Memorial Cup

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-veterani dalgħodu telaq lejn Wales sabiex jieħu sehem fil-Gary Speed Memorial Cup 2025. Din il-logħba se ssir nhar is-Sibt li ġej fis-2pm f’Jenner Park Stadium f’Barry.

Din il-logħba se tonora l-memorja tal-eks captain ta’ Wales Gary Speed, li ħalla din id-dinja lura għas-sena 2011 fl-eta’ ta’ 42 sena.

Il-kowċ Joe Micallef għażel skwadra ta’ 17-il plejer li jinkludu l-aħjar elementi li lagħbu fil-kampjonat organizzat mill-Veterans Malta Football Association.

Fl-iskwadra ta’ Wales hemm l-attakkant Lee Trundle li ta’ 48 sena għadu jilgħab ma’ tim lokali. Hu kellu wkoll esperjenza fil-futbol Ingliż fil-passat fosthom Preston North End, Leeds United, Wrexham u Swansea City.

L-iskwadra magħżula minn Joe Micallef hi din:
Justin Spiteri, Matthew Camilleri, Kevin Sammut, Charlo Magro, Manolito Micallef, Beppe Muscat, Daniel Cremona, George Frendo, Brian Said, Jeffrey Chetcuti, Jonathan Pearson, Steven Bonnici, Andre Scicluna, Gareth Magri, Ian Zammit, Adam Smeir, JP Mifsud Triganza

Mill-banda l-oħra, din hi l-iskwadra tal-veterani minn Wales:

John Howe, Mark Mears, Lewis Andrews, Brian Camilleri, Alun Williams, Lee Trundle, Lewis James, Adie Evans, Liam Screen, Paul Keddle, Neil Thomas, Sean Jones, Paul Fowler, Lee Stone, James Evans, Matthew Hughes, Sam Brown, Ross Daniels, Cei Mason, Gavin Beddard.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport