Tuesday, May 14, 2024

It-tim ta’ Debono Group jattendi ġurnata ta’ attivitajiet

Aqra wkoll

03 ta’ Lulju 2023 – Il-membri kollha tat-tim ta’ Debono Group dan l-aħħar gawdew waqfa mistħoqqa mir-rutina tax-xogħol tagħhom ta’ kuljum, hekk kif fit-12 ta’ Ġunju attendew għal Jum ta’ Attivitajiet fil-Mosta Scouts Campsite. Dan l-avveniment speċjali mhux biss wera l-impenn bla waqfien ta’ Debono Group għall-benesseri tal-impjegati iżda serva wkoll bħala rikonoxximent mistħoqq u premju għall-kontribuzzjonijiet imprezzabbli tagħhom.

Il-ġurnata mimlija attivitajiet divertenti, ikel, u kumpanija tajba kienet parti mill-impenn u l-isforzi bla waqfien ta’ Debono Group biex jinħoloq ambjent tax-xogħol pożittiv li jiċċelebra lill-impjegati tiegħu u jippromwovi kultura vibranti u b’saħħitha fuq il-post tax-xogħol. Huwa t-twemmin tal-Grupp li s-sens ta’ ferħ, ta’ għaqda, u ta’ entużjażmu jestendi lil hinn mill-ġurnata nfisha, b’impatt pożittiv fuq il-moral tal-impjegati, ix-xogħol f’tim, u s-sodisfazzjon ġenerali tax-xogħol.

L-atmosfera fil-Jum tal-Attivitajiet kienet elettrifikanti u bdiet b’kolazzjon delizzjuż biex tagħti enerġija lill-parteċipanti. L-impjegati, maqsuma f’timijiet, ħadu sehem f’serje ta’ logħob bit-tema tal-kavallieri, u li għalihom ingħataw il-punti fi spirtu ta’ kompetizzjoni ta’ ħbiberija. Dawn kienu jinkludu l-logħba tradizzjonali Maltija tal-boċċi, it-tfigħ tal-vleġġeġ bil-qaws, il-bini tal-pontijiet, u logħba divertenti bin-nagħla taż-żiemel. Il-parteċipanti tat-tim sfruttaw ukoll il-kreattivita` tagħhom hekk kif kull tim iddisinja t-tarka tiegħu, li mbagħad ġiet ippreżentata lil tliet ġudikanti fil-preżenza tat-timijiet l-oħra kollha. Ladarba t-tim rebbieħ tħabbar, l-avveniment intemm b’ikla delizzjuża.

Il-ġurnata ta’ divertiment tant mistennija bla dubju tgawdiet minn kulħadd u ħalliet impatt dejjiemi fuq kull min ħa sehem. Imħeġġeġ mis-suċċess, l-enerġija u l-entużjażmu ġġenerati matul dan il-Jum tal-Attivitajiet, Debono Group se jorganizza inizjattivi simili li jippromwovu l-kuntentizza u s-sodisfazzjon tat-tim tiegħu, u jkompli jinvesti f’tim dedikat li jmexxi t-tkabbir tal-kumpanija, is-sodisfazzjon tal-klijenti, u suċċess ġenerali.

Sport