It-tim tal-F1 Haas għadu kif ħareġ stqarrija jikkonferma li se jkun qiegħed jittermina l-kuntratt tas-sewwieq Russu Nikita Mazepin. Il-Haas itterminaw ukoll il-kuntratt tal-isponsor Uralkali, propjetá ta’ missier is-sewwieq Mazepin.
Dan kollu qiegħed isir fl-isfond tal-gwerra li bdiet ir-Russja fl-Ukrajna.