Tuesday, May 21, 2024

ARA: “It-timeline hu wieħed li jħassibni”

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

“It-timeline hu wieħed li jħassibni…” hekk stqarr il-Prim Ministru Dr Robert Abela fl-ewwel reazzjoni tiegħu għal dak li sar magħruf aktar kmieni llum li l-inkjesta VGH u Strward kienet magħluqa fl-istess ġurnata li fetħu n-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u anke għal Kunsilli Lokali.

Il-Prim Ministru qal li din l-inkjesta kellha tingħalaq skont il-liġi f’60 ġurnata, iżda minflok ħadet erba’ snin u nofs. Dr Robert Abela fakkar li kien hu stess li qal xhur ilu li kien hemm tħassib li din l-inkjesta kienet se tingħalaq f’ħin partikolari.

“Bħala bniedem li nemmen fil-ġustizzja u anke mmexxi Gvern li għamel riformi kbar fil-qasam tal-ġustizzja dejjem emmint li l-ġustizzja m’għandix tkun ballun politiku. Jinkwetani li seħħ dan minħabba li nibża’ li l-ġustizzja se titniżżel fid-dibattitu politiku għax il-ġustizzja dejjem għandha dejjemm tkun mifruda mill-politika,” saħaq il-Prim Ministru Dr Robert Abela.

Temm jgħid li hu kien qiegħed jistenna ħafna aħjar mill-ġudikatura ta’ pajjiżna u dak li seħħ ma jħalli l-ebda dubju li dan seħħ biex ifixkel it-timeline politiku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport