It-timijiet nazzjonali Maltin tal-Blackball waslu Ġibilta’ tard ilbieraħ filgħaxija sabiex jieħdu sehem fit-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 li din is-sena se ssir fl-Europa Sports Complex ġewwa Ġibilta’. Il-kontinġent Malti, hu magħmul minn erba’ timijiet u dawn huma tim tal-Irġiel A u B, it-tim ta’ taħt it-23 sena u dak ta’ ‘l fuq minn 40 sena.
Din il-kompetizzjoni se tibqa’ sejra sad-19 t’April u l-plejers Maltin se jibdew l-impenji tagħhom għada b’dan il-programm:
09:30
- Malta U23 A vs Wales U23 B1
- Malta Irġiel B vs Ġibiltà Irġiel B2
- Malta Irġiel A vs Katalonja Irġiel A
12:30
- Spanja Irġiel A vs Malta Irġiel A
- Maoritius Irġiel B vs Malta Irġiel B
15:30
- Malta Seniors A vs Afrika t’Isfel Seniors A
- Malta Irġiel B vs Ġibiltà Irġiel B1
18:30
- Belġju Seniors A vs Malta Seniors A
F’din it-Tazza tan-Nazzjonijiet 2026 se jieħdu sehem 16-il pajjiż fejn flimkien ma’ Malta hemm ukoll l-Awstralja, l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales, l-Irlanda ta’ Fuq, Ġibilta’, Ir-Repubblika tal-Irlanda, il-Belġju, Ċipru, l-Olanda, Shetland, il-Katalunja, in-Norveġja, Reunion Island u Spanja.
Il-Federazzjoni Maltija tal-Blackball qed tipparteċipa f’dawn il-kampjonati permezz tal-assistenza finanzjarja ta’ SportMalta permezz tal-Iskema “International Participation Scheme”

