Chetcuti li ntgħażel permezz ta’Universality Place assenjat mill-Kummissjoni Tripartita tal-Logħob Olimpiku li għandu diskrezzjoni unika fuq l-għażla tal-atleta. L-għażla hija bbażata fuq l-esperjenza kompetittiva internazzjonali tal-atleta, il-livell tekniku tiegħu u l-parteċipazzjoni fl-avvenimenti rilevanti ta’ kwalifikazzjoni.
Chetcuti għal ftit tilef il-kwalifika meta fil-Kampjonati Olimpiċi ta’ Kwalifikazzjoni li saru f’Doha spiċċa fir-4 post. Bħalissa huwa kklassifikat fit-68 fid-dinja.