Sunday, December 22, 2024

It-tliet clubs il-kbar iridu s-Serie A bi 18-il team

Aqra wkoll

Skont rapporti fil-media Taljana,  Juventus, Milan u Inter, qed jimxu ‘l quddiem bit-talba tagħhom biex inaqqsu s-Serie A minn 20 għal 18-il club.

Diġà kien hemm suġġerimenti matul l-aħħar jiem li t-tlie­ta l-kbar kienu qed jingħaqdu flimkien biex jappoġġjaw il-pjan, li għall-bidu kien propost mill-president tal-FIGC, Gabriele Gravina.

Il-media Taljana qed issostni li rappreżentanti minn Juventus, Milan u Inter, kollha ltaqgħu ma’ Gravina fis-sede tal-Federazzjoni biex jipproponu li jaħdmu flimkien fuq dan.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm il-Kap Eżekuttiv ta’ Inter, Beppe Marotta, il-manager ġenerali ta’ Juventus, Maurizio Scanavino, u d-direttur, Francesco Calvo, kif ukoll il-president ta’ Milan, Paolo Scaroni, f’telefonata bil-video.

Huma se jiffaċċjaw oppożizzjoni iebsa, hekk kif il-Lega Serie A diġà wissiet li se tiġġieled l-idea li jitnaqqas in-numru ta’ clubs fl-ogħla livell Taljan.

Ikun ritorn għas-sistema l-antika, peress li s-Serie A kel­lha 18-il club sakemm espandiet għal 20 fl-istaġun 2003-04.

Dan huwa meqjus bħala mod kif titnaqqas il-konġestjonio ta’ fixtures u li s-Serie A ssir aktar kompetittiva b’mod ġenerali, u tgħolli l-livell ta’ kwalità.

Ekonomija

Sport