It-tliet darbiet champion Olimpiku u detentur ta’ rekord dinji għal 14-il darba Adam Peaty flimkien mat-tim tiegħu ta’ klassi dinjija se jospitaw clinic esklussiv fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera proprju nhar is-Sibt li ġej, il-5 ta’ Lulju.
Il-‘clinic’ qed jiġi organizzat minn AP Race, li twaqqfet minn Peaty u l-eks sieħeb tat-taħriġ Ed Baxter, u hija marka globali ddedikata biex tipprovdi lill-għawwiema kowċing u riżorsi ta’ klassi dinjija.
Il-clinic se jkun qed joffri lill-għawwiema żgħażagħ opportunità unika ħafna biex isaħħu l-ħiliet tagħhom taħt id-direzzjoni ta’ wieħed mill-aktar atleti ta’ suċċess fl-isport u t-tim magħżul tiegħu.
Il-parteċipanti se jieħdu sehem fi programm estensiv iddisinjat biex itejjeb il-prestazzjoni tagħhom u jsiru aħjar milli kienu lbieraħ.
It-tim se jkun qed jappoġġja lil kull għawwiem matul din l-esperjenza ta’ ġurnata sħiħa, kemm jekk fil-pixxina kif ukoll fuq l-art.
Kull parteċipant mhux biss se jisma’ dwar il-vjaġġ uniku ta’ Adams u kif ikompli jinnaviga r-rollercoaster tiegħu ta’ għaxar snin fl-isport elite, iżda se jikseb ukoll għarfien mit-tim multidixxiplinarju personali tiegħu li se jiftaħlek għajnejk għar-raħal li hemm bżonn biex tibni champion.
Il-clinic se jkun miftuħ mis-7.15am sal-4.30pm u huwa miftuħa għal għawwiema ta’ bejn it-8 u s-17-il sena.
L-iskeda tal-ġurnata se tinkorpora tliet stazzjonijiet.
Is-‘Swimming Station’ se jara lil Adam Peaty imexxi sessjoni ta’ teknika tal-breaststroke, fejn jaqsam għarfien li stabbilixxewh bħala l-aktar għawwiem tal-breaststroke dominanti fl-istorja.
L-‘iStrength and Conditioning Station’ se jiffoka fuq eżerċizzji speċifiċi għall-breaststroke, u jenfasizza s-sinifikat tat-taħriġ ibbażat fuq l-art fir-reġim ta’ għawwiem.
Fl-aħħar nett, is-‘Psychology Staion’ se jkun immexxi mill-‘performance psychologist’ Tom Bates. Din is-sessjoni se tidħol fil-fond fl-aspetti mentali tat-tranżizzjoni minn tajjeb għal eċċellenti, u tipprovdi lill-għawwiema strateġiji biex itejbu l-mentalità kompetittiva tagħhom.
“Wara snin ta’ diskussjoni aħna kuntenti li lħaqna l-għan tagħna li nwasslu xi ħaġa speċjali hawn Malta,” qalu l-uffiċjali tal-AP Race fi stqarrija.
L-ispazji għal dan l-avveniment huma limitati ħafna. Il-parteċipanti interessati huma mħeġġa jiżguraw posthom minnufih.
Dan il-clinic qed jiġi organizzat grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta, l-Assoċjazzjoni Akwatika ta’ Malta (ASA), il-Kumitat Olimpiku Malti (MOC), u Daniela Allen.