Monday, May 13, 2024

“It-tmexxija tiegħu kienet ispirata minn Papa Franġisku”

Il-preżentatur lokali Peppi Azzopardi, f'reazzjoni għat-"tkeċċija" tas-Sur Mario Mallia

Aqra wkoll

F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali l-preżentatur lokali Peppi Azzopardi, rigward it-“tkeċċija” tas-Sur Mario Mallia — il-Kap tal-Iskola ta’ St. Albert the Great College — l-ewwel kelma li ġiet f’moħħu f’reazzjoni għal dan kienet “ixxukkjajt”.

Peppi jkompli jisħaq fuq din l-istess kelma u jispjega r-raġuni għal dan: “Naf għala tkeċċa. U allura aktar ixxukkjat. Tkeċċa għax ħoloq fl-iskola ambjent demokratiku fejn it-tfal jipparteċipaw; għax ħoloq stil ġid ta’ kif imexxi; għax ħadem bla nifs biex kulħadd ikun inkluż bla differenzi ta’ abilità, orjentazzjoni sesswali, ta’ kull kulur u ta’ kull twemmin, ta’ kull għamla u qies”. 

Peppi jiddeskrivi lis-Sur Mallia bħala persuna li ħadem bis-sħiħ tant li kull min kien jitkellem dwaru kellu kliem ta’ tifħir għas-surmast: “Nafu lil Mario u naf kif ta qalbu u saħħtu għal din l-iskola. Kont tiltaqa’ mal-ġenituri, mal-istudenti, mal-istaff u kollha jgħidulek kemm kienu kuntenti f’din l-iskola. U mal-ferħ tagħhom isemmu lis-surmast – lil Mario”.

Huwa saħansitra jargumenta li mhix kumbinazzjoni li l-iskola ta’ St. Albert tittrażmetti ferħ u mħabba kontinwa għax skontu t-tmexxija tas-Sur Mallia “Kienet ispirata minn Papa Franġisku”. 

Sport