Friday, August 15, 2025

IT-TMIEN EDIZZJONI TAL-PELLEGRINAĠĠ BIL-MUTURI F’SANTA MARIJA

Aqra wkoll

Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr dalgħodu organizzaw it-tmien edizzjoni tal-Pellegrinaġġ bil-Muturi fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija.

Il-pellegrinaġġ beda mill-Imġarr bis-sehem ta’ numru sabiħ ta’ sewwieqa tal-muturi li segwew rotta li għaddiet minn diversi lokalitajiet sakemm waslu fil-Pjazza ta’ Ħad-Dingli. 

Mal-wasla tagħhom ħdejn il-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli, sar it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa ngħataw tifkira tal-okkażjoni. Fl-istess attività, is-sewwieqa taw donazzjoni li marret għal Caritas Malta. 

Din l-attività għaqqdet flimkien mument ta’ talb u radd il-ħajr lill-Madonna, ġest ta’ solidarjetà, u għodwa pjaċevoli għas-sewwieqa tal-mu­turi li ħadu sehem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport