Wednesday, February 26, 2025

It-tmien persuni arrestati b’rabta mas-serqa ta’ droga minn kontejner fil-Barracks tal-AFM se jitressqu l-Qorti illejla

Aqra wkoll

Fi stqarrija mibgħutha mill-Pulizija ingħad li l-persuni b’rabta mas-serqa tad-droga minn kontejner fil-Barracks tal-AFM se jitressqu l-Qorti għall-ħabta tat-8:00 p.m., quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana

Ibqgħu segwu dan is-sit għal aktar aġġornamenti

Aktar kmieni: It-tmien persuni arrestati b’rabta mas-serqa ta’ droga minn kontejner fil-Barracks tal-AFM se jitressqu l-Qorti fil-ħin li ġej

Dan is-sit jinsab infurmat li fil-ħin li ġej quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana se jitressqu t-tmien persuni Maltin li bħalissa jinsabu arestati b’rabta mas-serqa ta’ droga mill-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Ħal Safi.

Intant f’konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, li kien akkumpanjat mill-Assistenti Kummissarji Keith Arnaud u Malcolm Bondin, ħareġ li l-Ħadd li għadda, għall-ħabta tal-3.40 a.m., il-Pulizija kienet ġiet informata li kien ġie sgassat kontejner li kien jinsab fi proprjetà tal-Forzi Armati f’Ħal Safi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija stabbilixxew li madwar 226 kilo reżina tal-kannabis kienet nieqsa minn kontejner proprjetà tal-Qorti bħala parti minn inkjesta maġisterjali u li kien qed jiġi miżmum mill-Forzi Armati ta’ Malta u li dan il-kontejner kellu s-siġilli maqtugħin u kien jidher żgassat.

Ibqgħu segwu dan is-sit għal aktar aġġornamenti kontienwi

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport