Saturday, November 23, 2024

It-Tnejn jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa għas-summien

Aqra wkoll

B’referenza għal-Liċenzja Speċjali tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2023, l-Avviż Legali 78/2023 li jiddikjara l-istaġun tal-kaċċa għas-summien, ġie ppubblikat illum.

L-istaġun tal-kaċċa għas-summien jiftaħ nhar it-Tnejn, 10 ta’ April sat-30 ta’ April, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun.

Il-kwota nazzjonali hija ta’ 2,400 summiena u ma hemmx kwoti individwali. Kull summiena li tiġi kkaċċjata għandha tiġi rrappurtata immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.

Kwalunkwe żvilupp dwar il-ftuħ tal-kaċċa għall-gamiem mis-17 ta’ April sat-30 ta’ April jitħabbar minnufih.

Sport