Sunday, November 24, 2024

It-torri ta’ Garisenda f’Bologna f’riskju li jiġġarraf

Aqra wkoll

Għalkemm mhux wieħed mill-aktar torrijiet famużi fl-Italja, it-Torri ta’ Garisenda fl-aħħar jiem ġibed l-attenzjoni tal-bosta hekk kif ġie magħruf li jista’ jiġġarraf. It-torri jinsab fil-belt ta’ Bologna fl-Italja.

Din l-aħbar ingħatat minn xjenzati mill-Università ta’ Bologna fejn permezz ta’ microphones sensittivi ħafna raw x’inhi l-possibbilità li dan it-torri jiġġarraf.

Minħabba dawn ir-riżultati, it-toroq li hemm madwar it-torri li għandu aktar minn 900 sena ġew magħluqa biex b’hekk ma ssirx aktar ħsara.

It-torri hu għoli 157 pied u bil-mod il-mod qiegħed isir mgħawweġ bħat-Torri ta’ Pisa. Ix-xogħol tax-xjenzati issa hu biex jaraw kif jistgħu jsalvaw dan it-torri milli jiġġarraf u jintilef darba għal dejjem.

Sport