Friday, April 26, 2024

It-trabi mwielda minn ġenituri Maltin naqsu filwaqt li dawk mwielda barranin żdiedu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

It-trabi mwielda minn żewġ ġenituri Maltin f’pajjiżna matul is-sena 2022 kienu jammontaw għal 2,754, filwaqt li dawk imwielda minn żewġ ġenituri barranin kienu jammontaw għal 1,042.

Ikkonferma dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Charles Azzopardi. Fearne ppreżenta statistika li turi kif mill-2018 ’l hawn it-trabi mwielda minn ġenituri Maltin naqsu minn sena għall-oħra minn 3,048 għal 2,902 fl-2019, 2,809 fl-2020 u 2,751 fl-2021. Dawn imwielda minn ġenituri barranin żdiedu minn 695 fl-2018, 864 fl-2019, 1,067 fl-2020 u 1,110 fl-2021.

It-trabi mwielda minn ommijiet Maltin u missier barrani varjaw ftit b’202 fl-2018, 188 fl-2019, 227 fl-2020, 211 fl-2021 u 223 fl-2022. Dawk imwielda minn ommijiet barranin u missier Malti varjaw ukoll bi ftit minn 239 fl-2018, 202 fl-2019, 209 fl-2020, 230 fl-2021 u 199 fl-2022.

Sport