Wednesday, October 9, 2024

It-tragward tagħna huwa li nispiċċaw mal-ewwel sitt timijiet – Jason Camenzuli – (Kowċ Vittoriosa Stars)

Aqra wkoll

Minn Cristian Musct

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba għall-futbol tista’ tgħid titwieled biha. Konna nilagħbu fit-triq, fl-għelieqi ta’ ħdejna, il-MUSEUM … tista’ tgħid kont nidħol id-dar biex niekol għax dak iż-żmien fin-nursery tal-Mosta Under 14 u Under 16, kien hemm.

Ta’ 13-il sena kont ma’ Mosta Scouts nilagħbu logħba kontra scouts oħrajn u ġie fuqi Victor Vella ‘il-balla’ u saqsieni kemm kelli żmien u minn hemm bdejt fil- futbol kompetittiv.

Iddeskrivi r-rwol tieghek bħala kowċ ta’ Vittoriosa Stars FC.

Bħala kowċ ta’ Vittoriosa Stars għadna fil-bidu. Li nista ngħid hu li għoġobni ħafna l-ambjent ta’ nies li jaħdmu ħafna u għandhom l-istess tragward li għandi jien … ambjent fejn isir taħriġ tista’ tgħid li ma jonqosna xejn. Ninsab kuntent ħafna u nispera li nilħqu t-tragward tagħna.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom bħala klabb għall-istaġun li ġej?

It-tragward tagħna bħala klabb huwa li nispiċċaw ‘il fuq kemm jista’ jkun u mal- ewwel sitt timijiet … jien bħala kowċ dejjem naħseb fuq is-suċċess … suċċess tfisser promozzjoni imma l-importanti li dejjem tipprova tirbaħ il-logħba li tkun ġejja.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Għadni kif spiċċajt il-UEFA A course u nħossni li kbirt u tgħallimt ħafna permezz tiegħu. Nispera li fil-futur inkompli ma’ Vittoriosa Stars għal aktar staġuni u li xi darba nkun il-kowċ ta’ raħal twelidi Mosta FC minn fejn tlaqt bħala plejer u għamilt 17-il sena kowċ fin-nursery.

Għaddi messaġġ finali lill-partitarji kollha ta’ Vittoriosa Stars.

Messaġġ lill-partitarji, żgur li f’kull tim li hawn f’Malta il partitarji jibdew ġejjin il- grawnd skont ir-riżultati. F’ismi u f’isem il-plejers ngħidilhom biex ikunu magħna sa mill-ewwel logħba!

Sport