Tuesday, October 7, 2025

‘It-tragward tal-100 logħba huwa xi ħaġa sabiħa … u hija ħaġa isbaħ li l-100 logħba lgħabthom kollha ma’ raħal twelidi’ – Neil Brownrigg

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn meta kont żgħir fejn kull fejn kont nara ballun dejjem irrid imur nilgħab. Meta kelli erba’ snin bdejt nitħarreġ man-Nursery ta’ Hibernians FC.

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. X’tikkummenta fuq il-fatt li proprju fil-jiem li għaddew ilħaqt it-tragward tal-100 partita fil-karriera tiegħek?

It-tragward tal-100 logħba huwa xi ħaġa sabiħa … u hija ħaġa isbaħ li l-100 logħba lgħabthom kollha ma’ raħal twelidi!

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Għaxaq FC. Kif qed tħarsu lejn dan l-istaġun, hekk kif għadna fil-bidu tiegħu?

L-objettiv tagħna huwa li mmorru aħjar mill-istaġun li għadda. Ma bdejniex fuq nota tajba wara li fl-ewwel logħba kellna prestazzjoni tajba ferm u fit-tieni logħba fil-fehma tiegħi ma kinitx presstazjoni li xtaqna fejn anke ħloqna peró ma kkonkludejniex iċ-ċansijiet  li kellna peró rridu nitfgħu kollox fil-ġenb u nimxu ‘l quddiem kif jgħid il-Malti – “wara l-maltemp jiġi l-bnazzi!”

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Il-livell tal-futbol Malti fis-sezzjoni tagħna naħseb li tjieb meta tqis li bil-plejers barranin kulħadd niżel skala u meta tqis li llum naqsu l-plejers żgħażagħ li jilagħbu fil-Premier minħabba li żdied in-numru ta’ barranin u naqas l-ispazju għaż-żgħażagħ.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Il-grawnd li nittrenjaw fih aħna, naħseb li huwa wieħed mill-grawnds tajbin f’Malta meta tqis li jiġu timijiet biex jittrenjaw minn klabbs oħra. Jekk Alla jrid, is-sena d-dieħla għandu jinbidel it-turf ukoll. Naħseb li l-grawnds fejn nittrenjaw fosthom dak tas-Sirens, nistenna dwal aħjar.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Fuq il-futur tiegħi inżomm saqajja dejjem mal-art dejjem nibni fuq dak li nkun għamilt. Wara li ksiebt il-promozzjoni u anke rbaħt il-kampjonat meta kont minors ma’ raħal twelidi, il-ħolma tieħhi li niksibba anke mat-tim tal-kbar … interessi kelli peró dejjem ħabbejt l-arma li llum ftit għadek issibha!

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Jien nagħti opinjonijiet li min jixtieq jibni karriera fil-futbol, il-futbol trid tieħdu bħala passjonii u mhux tħares lejn flejjes. Irid ikun hemm is-sagrifiċċji fih għax mingħajru ma tistax tagħmel dan u nirringrazzja lill-familja tiegħi u t-tfajla u anke l-ġenituri tat-tfajla li dejjem kienu warajja xemx u xita!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport