Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?
Bħal kull tifel minn meta kelli tmien snin kont nilgħab ma’ sħabi fit-triq.
Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Mosta FC.
Hija esperjenza sabiħa għax dan il-klabb reġa’ tani l-opportunitá li nkompli nilgħab Premier.
X’tikkummenta fuq iż-żewġ trgawradi uniċi li lħaqt riċentement – dak tal-500 logħba fil-Malta Premier u ieħor tas-700 logħba ma’ timijiet tal-kbar?
It-tragward tal-500 logħba fil-Malta Prmier kien tragward li kont qed narah impossibli imma għall-grazzja t’Alla wasalt. Dan għax wara injury għidt li żgur li ma kontx ħa nasal. Rigward it-tragward l-ieħor tas-700 logħba ma’ timijiet tal-kbar, lanqas kelli idea – kienet sorpriża ta’ vera! Ta’ dan nixtieq nirringrazzja bis-sħiħ lill-klabbs kollha li lgħabt magħhom, lill-partitarji tar-rispett li dejjem urewni, lill-familja u lil Alla tas-saħħa li jagħtini.
Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
Nahseb li qabel kien hawn iktar plejers ta’ livell u qed jiġi kampjonat tal-barranin mhux tal-Maltin .
U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?
Iva, hawn titjib kbir.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?
Il-futur? Lanqas jien ma nafu! Jien nimxi sena wara l-oħra.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol, kif ukoll ieħor lill-partitarji kollha ta’ Mosta FC.
Messaġġ min-naħa tiegħi huwa li trid taħdem ħafna u jekk tkun fi żmien iebes trid taħdem iktar u lit-tfal ngħidilhom li tridu taħdmu iktar. Lill-partitarji tal-Mosta ngħidilhom grazzi tar-rispett li juruni f’kull logħba!