Saturday, December 21, 2024

It-trakka hu stmat li se jkollha 220 impjieg full time

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat tkellem dwar l-investimenti ta’ €20 miljun f’kumpless uniku li se jkun qed jiġbor fih għadd ta’ dixxiplini.

Muscat qal li hemm min għadu qiegħed jiddubita minn dan il-proġett jista’ jserraħ rasu li l-art qiegħda hemm, hemm il-flus u b’hekk minn hawn u ftit tax-xhur oħra se naraw il-frott ta’ dan l-investiment.

Huwa fakkar li dan l-investiment mhux se jkun qiegħed jitfa’ piżijiet żejda fuq il-finanzi tal-istat. 

Tkellem dwar l-esperjenzi tiegħu fi Sqallija u li kull meta kien hemm kien jiltaqa’ ma’ professjonisti Maltin li jitilgħu u jonfqu ħafna flejjes biex jiprattikaw. Żied jgħid li jittama li dawn l-ispejjeż se jkunu qegħdin jispiċċaw u mhux biss, se jkun hemm ħidma biex nattiraw professjonisti barranin li jiġu jipprattikaw f’pajjiżna.

Muscat ħabbar li mill-istudji li saru rriżulta li din it-trakka se tkun qiegħda tiġġenera madwar 220 impjieg full time. Barra minn hekk maż-żmien dawn l-flus investiti se jkunu qed irendu ħafna aktar.

Ekonomija

Sport