Saturday, December 21, 2024

It-trasferiment ta’ Ferran Torres ma’ Barcelona jiddependi minn Ousmane Dembele

Aqra wkoll

It-trasferiment propost ta’ Barcelona għall-attakkant ta’ Manchester City, Ferran Torres jista’ jiddependi fuq jekk Ousmane Dembele iħallix il-Camp Nou.

Il-ġganti Katalani identifikaw lil Torres bħala mira ta’ trasferiment ewlieni tagħhom fit-tieqa tat-trasferimenti tax-xitwa, għalkemm jista’ jkollhom jistennew sa tmiem l-istaġun biex jakkwistaw lill-internazzjonali Spanjol.

Il-problemi finanzjarji ta’ Barcelona jfissru li se jkollhom ibiegħu xi players qabel ma jagħmlu xi akkwisti, madankollu, u t-tluq ta’ Dembele ikun qed jagħti sinjal lill-club li huma jkunu jistgħu jakkwisatw lil Torres.

Dembele għadu ma ffirmatx kuntratt ġdid fil-Camp Nou, li jfisser li, l-internazzjonali Franċiż se jkun jista’ jidħol f’taħdidiet ma’ clubs barranin rigward free transfer ix-xahar id-dieħel.

Il-player ta’ 24 sena, li għamel biss sitt apparenzi f’dan l-istaġun minħabba injury, ġie marbut ma’ clubs bħal Manchester United, Chelsea, Juventus u Newcastle United.

Barcelona jidhru li mhumiex f’pożizzjoni biex jilħqu d-domandi tal-pagi tar-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja tal-2018, li jista’ jwassal lill-ex attakkant ta’ Borussia Dortmund li jħalli l-Camp Nou bi free transfer.

Ekonomija

Sport