It-trasferiment tad-difensur internazzjonali Franċiż ta’ Sevilla, Jules Kounde, ma’ Chelsea huwa viċin ħafna li jisfaxxa hekk kif kollox qed jindika li se jingħaqad ma’ Barcelona.
Iżda l-Pensioners għandhom ħames alternattivi oħra. Dawn huma Pau Torres ta’ Villarreal, Milan Skriniar ta’ Inter, Josko Gvardiol ta’ Leipzig, Dayot Upamecano u Benjamin Pavard ta’ Bayern Munich.