Minkejja s-sentiment pożittiv tad-diriġenti ta’ Inter Piero Ausilio u Giuseppe Marotta, i Nerazzurri għadhom ma waslux sabiex jiksbu s-servizzi tal-gowlkiper veteran mill-Isvizzera Yann Sommer.
Fil-fatt il-club tiegħu Bayern Munich ma tantx jixtieq jiċċaqlaq mis-somma li ppropona, dik ta’ €6 miljun.
Ġurnali Taljani qalu li s-sitwazzjoni għadha kkumplikata hekk kif għat-turnament internazzjonali li għandhom fil-Ġappun, il-kowċ Simone Inzaghi se jieħu miegħu lil Ionut Radu, Raffaele di Gennaro u Filip Stankovic bħala gowlkipers.