Saturday, December 21, 2024

It-trasferimenti tat-timijiet fl-Aħħar 16 tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Meta nhar it-Tnejn għalaq is-suq tat-trasferimenti fl-Ewropa l-clubs fl-Aħħar 16 taċ-Champions League kellhom iċ-ċans isaħħu l-iskwadri tagħhom jew ineħħu xi players biex jibbilanċjawhom.

Il-clubs f’dan l-istadju setgħu jirreġistraw tliet players ġodda eliġibbli li jistgħu jilagħbu kontra l-ex team tagħhom.

L-Aħħar 16 jitħallew jirreġistraw massi­mu ta’ tliet players eliġibbli ġodda matul ix-xitwa. Mill-2018/19 ‘il hawn, m’għadux importanti jekk dawk il-players diġà lagħbu fil-kompetizzjoni għal club ieħor, anke għal club ieħor li għadu fil-kompetizzjoni.

Il-clubs iridu jikkommunikaw il-bidliet mixtieqa fl-iskwadra sa mhux aktar tard mil-lum l-Erbgħa f’nofs il-lejl biex jiġu approvati mill-UEFA f’kull kompetizzjoni.

Il-bidliet li saru mit-timijiet li għadhom fiċ-Champions League huma:

AJAX

Akkwistaw: Brian Brobbey (Leipzig, self), Mohamed Ihattaren (Juventus, self)

Ċedew: David Neres (Shakhtar)

ATLETICO MADRID

Akkwistaw: Daniel Wass (Valencia), Rei­nildo Mandava (Lille)

Ċedew: Kieran Trippier (Newcastle), Ivan Saponjic (Slovan Bratislava)

BAYERN MUNICH

Akkwistaw: Ħadd

Ċedew: Mickael Cuisance (Venezia), Oliver Batista-Meier (Dresden), Adrian Fein (Dresden, self)

BENFICA

Akkwistaw: Ħadd

Ċedew: Ferro (Hajduk Split, self)

CHELSEA

Akkwistaw: Ħadd

Ċedew: Lewis Baker (Stoke), Juan Fami­lia-Castillo (Charlton, self), Tariq Uwakwe (Notts County), Tino Anjorin (Huddersfield, self)

INTER

Akkwistaw: Robin Gosens (Atalanta), Felipe Caicedo (Genoa, self)

Ċedew: Christian Eriksen (b’xejn), Martín Satriano (Brest, self), Stefano Sensi (Sampdoria, self)

JUVENTUS

Akkwistaw: Dusan Vlahovic (Fiorentina), Federico Gatti (Frosinone, misluf lura sal-aħħar tal-istaġun), Denis Zakaria (B. Monchengladbach)

Ċedew: Mohamed Ihattaren (Ajax, self), Radu Dragușin (Salernitana, self), Rodrigo Bentancur (Tottenham), Dejan Kulusevski (Tottenham, self), Aaron Ramsey (Rangers, self), Federico Gatti (Frosinone, self)

LIVERPOOL

Akkwistaw: Luis Diaz (Porto)

Ċedew: Tony Gallacher (St Johnstone), Morgan Boyes (Livingston), Vitezslav Jaros (Notts County, self), Nathaniel Phillips (Bour­nemouth, self), Neco Williams (Fulham, self)

LILLE

Akkwistaw: Edon Zhegrova (Basel), Joffrey Bazie (Salitas), Carlos Baleba (EFB Came­roun), Hatem Ben Arfa (aġent ħieles)

Ċedew: Jonathan Ikone (Fiorentina), Mustafa Kapı (Adana Demirspor), Yusuf Yazıcı (CSKA Moskva, self), Yves Dabila (Seraing, self), Eugenio Pizzuto (b’xejn), Reinildo Mandava (Atletico)

MANCHESTER CITY

Akkwistaw: Julian Alvarez (River Plate, misluf lura sal-aħħar tal-istaġun)

Ċedew: Ferran Torres (Barcelona), Taylor Harwood-Bellis (Stoke, self), James Trafford (Bolton, self), Tommy Doyle (Cardiff, self), Patrick Roberts (Sunderland), Luka Ilic (Troyes, self), Finley Burns (Swansea, self), Camron Gbadebo (Colchester), Sammy Ro­binson (Port Vale), Matt Smith (MK Dons), Luke Bolton (Salford)

MANCHESTER UNITED

Akkwistaw: Ħadd

Ċedew: Teden Mengi (Birmingham, self), Ethan Laird (Bournemouth, self), Axel Tuanzebe (Napoli, self), Anthony Martial (Sevilla, self), Amad Diallo (Rangers, self), Donny van de Beek (Everton, self), Matej Kovar (Burton, self)

PARIS ST-GERMAIN

Akkwistaw: Ħadd

Ċedew: Rafinha (Real Sociedad, self), Sergio Rico (Mallorca, self), Bandiougou Fadiga (Olympiacos)

REAL MADRID

Akkwistaw: Ħadd

Ċedew: Ħadd

RED BULL SALZBURG

Akkwistaw: Ignace Van Der Brempt (Club Brugge)

Ċedew: Youba Diarra (Hartberg, self)

SPORTING LISBON

Akkwistaw: Islam Slimani (Lyon), Marcus Edwards (Vitoria SC)

Ċedew: Luiz Phellype (OFI Crete, self), Tiago Tomas (Stuttgart, self), Jovane Cabral (Lazio, self), Bruno Gaspar (Vitoria SC)

VILLARREAL

Akkwistaw: Giovani Lo Celso (Tottenham, self)

Ċedew: Javi Ontiveros (Fuenlabrada), Dani Raba (b’xejn)

Ekonomija

Sport