Minn Cristian Muscat
Kif iddeċidejt li ssir sports massage therapist u x’kienu l-esperjenzi tiegħek f’dan il-qasam sa issa?
Jien Sports Massage Therapist CIBTAC diploma b’esperjenza ta’ aktar minn 17-il sena f’dan il-qasam.
Il-ħajra li nagħżel dan ix-xogħol bdiet ħafna snin ilu fejn jien stess kont atleta tat- track & field 100m, 200m, 400m u long jump li qabel kull event il-kowċ tiegħi Godwin Zammit kien jinsisti li mmur nagħmel sports massage.
Wara 20 sena naħdem bhala direttur u Tv Technican ta’ kumpanija rinomata f`Malta, fl-2008 iddeċidejt li naghmel il-Life Cycling Challenge minn Lourdes ġewwa Franza għal Casablance li tinsab fil-Marokk b’distanza ta’ 2200km. Waqt iċ-challenge kellna magħna fiżjoterapista u sports masseur li bis-saħħa tagħhom irnexxieli nlestiha.
Dakinhar iddeċidejt li nagħmel il-korsijiet għal sports masseur, l-ewwel sena kien fuq “Anatomy” u “Physiology” fuq il-ġisem tal-bniedem.,”holistic massage” u t- tieni sena kien jikkonsisti fuq sports prevention, rehab, sports massage eċċ. Wara mort l-Ingrilterra għal CPDs fuq” low level laser u shock wave therapy.”,
Minn hemm ma ħaristx lura. Waqaft mix-xogħol ta’ TV technican u bdejt naħdem ma’ klabbs tal-futbol bħal Hibernians, Zejtun Corinthians, Luxol Futsal u ħafna oħrajn, għamilt ħafna xogħol volontarju ma’ Alive Cycling Challenge 2014- 2019, Malta Cycling Federation u GSSE mill-2013 sal-lum.
Kemm huwa importanti ix-xogħol ta’ sports massage therapist biex jipprevjeni injuries fl-isport?
Il-benefiċċji tal-isports massage biex tipprevjeni injuries huma li tnaqqas il-muscle tension, spasm jew xi scar tissue li tkun inħolqot. Iżjed min hekk il-massage jgħin iżjed il-wirja tal-atleta fiżikalment u mentalment. Dan isir billi nneħħi l-Lactic acid li jkun inġema’ ġewwa l-muskolu u spasms, mobility movements u stretching.
Nuża ħafna tekniċi differerenti biex isir dan bħal “ART- SCS- PNF- CTM” u oħrajn.
Kif tqis il-mentalitá tal-isport f’pajjiżna fil-preżent, u din kif rajtha tinbidel matul iż-żmien?
Ta’ 12-il sena jien kont bdejt nipprattika l-isport tal-atletika u dak iż-żmien kont nitlaq niġri mid-dar tiegħi f’Bir id-Deheb, limiti taż-Zejtun. Kont nitlaq mid-dar sal- Knisja tas-Silg u lura.
Ħafna drabi kont nisma’ kummenti bħal ħarbilhom dan eċċ u anke ħafna minn nisa kienu jistħu jagħmlu eżerċizzju u jmorru jimxu, allura kienu jieħdu basket tax- xirja magħhom li jekk xi ħadd isaqsihom x’qed tagħmel jgħidulhom sejrin nixtru!
Dan iż-żmien hawn ħafna opportunitajiet u attivitajiet biex tipprattika l-isport favorit tiegħek bħal Aerobics, Crossfit , Hyrox eċċ.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq isir sports massage therapist.
Il karriera ta’ sports masseur hija importanti ħafna għall-atleti u anke għan-nies inqas sportivi. Importanti li taħdem ħafna ma’ tobba, konsulenti fl-Ortopedija, fiżjoterapisti eċċ biex il-klijent jieħu l-aħjar trattament possibbli u kull każ huwa differenti. Importanti li tibqa’ tinforma ruħek kuljum min sorsi rikonoxxuti u approvati mit-tobba fuq anatomija.
It-triq hija twila imma taqtax qalbek … żgur li l-futur huwa sabiħ!