Wednesday, July 23, 2025

It-truppi Franċiżi se jħallu l-Mali wara involviment ta’ disa’ snin

Aqra wkoll

Il-forzi Franċiżi u l-alleati tagħhom f’forza internazzjonali se jkunu qed jirtiraw mill-Mali wara kważi deċenju ta’ involviment. Dan ħabbru l-Prim Ministru Emmanuel Macron. Il-preżenza ta’ dawn it-truppi kienet neċessarja fil-ġlieda kontra l-militanti Iżlamiċi li infiltraw lil dan il-pajjiż. Issa dawn is-suldati se jkunu qed jiġu skjerati mill-ġdid madwar ir-reġjun tas-Sahel ġewwa l-Afrika. 

Meta Macron kien qiegħed jitkellem mal-midja huwa qal li din id-deċiżjoni saret wara deterjorazzjoni li kien hemm fir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-ġunta militari tal-Mali li kienet ħadet il-kontroll tal-pajjiż lejn nofs is-sena li għaddiet. 

F’konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ Macron qal li, “aħna ma jistgħux nibqgħu militarment involuti [mal-awtoritajiet tal-Mali] li magħhom ma naqsmux l-istess strateġija u għanijiet”. Macron naqas milli jaċċetta l-fehmiet ta’ bosta li tneħħija tat-truppi turi falliment fl-istrateġija ġewwa l-Mali, filwaqt li tenna li Franza se tibqa’ kommessa li tiġġieled lill-militanti Iżlamiċi mferrxa f’dan ir-reġġjun. Il-President Franċiż ħabbar ukoll li l-pajjiż tan-Niġer se jkun qiegħed jaċċetta wħud mill-forzi li se jirtiraw mill-Mali. 

Din id-deċiżjoni se tkun qiegħda toħloq problemi għas-sigurtà ta’ numru ta’ pajjiżi involuti fil-missjoni kontra t-terroriżmu ġewwa s-Sahel. Il-President tal-Kosta ta’ Avorju Alassane Ouattara wissa li t-tneħħija tal-forzi se toħloq “vakum” li se jwassal għal iktar piż fuq il-gvernijiet reġjonali. 

Sport