Friday, November 15, 2024

It-turiżmu lejn Malta jkompli jikber

Aqra wkoll

It-turiżmu lejn Malta kompla jirpilja sew tant li matul ix-xahar ta’ Ġunju li għadda zaru Malta ftit inqas min-nofs miljun turist li bejniethom ħallew fl-ekonomija xejn inqas minn 216 il-miljun ewro. Mit-total kollu, 218,462 turisti ġew Malta għal skop ta’ vaganzi.

Ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, li ġew publikati lbieraħ juru wkoll li 16,953 żaru Malta għal skop ta’ negozju filwaqt li 8,541 kienu għal skop edukattiv, reliġjuż jew għal raġunijiet ta’ saħħa. Mill-ammont kollu ta’ turisti, 3,452 kienu passiġġieri fuq cruise liners.

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena l-għadd ta’ turisti li żaru Malta kien ta’ 895,096 li bejniethoim huwa smat li nefqu €695.9 miljuni.

Iċ-ċifri għax-xahar ta’ Ġunju juri li l-ikbar għadd ta’ turisti kienu fl-età bejn 25 u l-44 sena u warajhom dawk fl-eta sa 64 sena. Magħduda flimkien, it-turisti damu Malta medja ta’ 6.5 t’ijiem kull wieħed.

Kumparat mas-sena ta’ qabel ma l-pandemija tal-Covid 19 laqtet lil pajjiżna, Ġunju li għadda rreġistra 87.7 fil-mija ta’ dak li kien fis-sena 2019.

It-turiżmu lejn Malta minn Franza, il-Ġermanja u l-Italja kien ta’ 36 fil-mija tat-total kollu għax-xahar ta’ Ġunju.

Il-parti l-kbira tat-turisti, 240,745 ivvjaġġaw lejn Malta bl-ajru.

Ekonomija

Sport