Friday, November 29, 2024

“It-turiżmu nazzjonali f’Għawdex se jiffjorixxi fis-sajf anke jekk l-ajruport jaf ikun għadu magħluq” – Il-Ministru Edward Scicluna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-pakkett li l-Gvern bi ħsiebu jħabbar hu skont il-bżonn ta’ pajjiżna inkluż Għawdex, il-pakketti Ewropej fil-maġġoranza tagħhom huma għal pajjiżi li ma jsibux jissellfu. Fil-każ ta’ Malta, jekk jagħmel sens jissellef mill-pakkett Ewropew dan isir, imma sa issa l-poplu Malti dejjem kellu fiduċja fil-gvern u jista’ jkun ma jkollniex bżonn dawk.  Nassigurak li fid-diskussjonijiet li qed isiru li Għawdex mhux minsi. Anzi Għawdex se juri kemm hu differenti minn Malta. Pero f’dan il-każ, fejn l-akbar daqqa ħadha it-turiżmu, Għawdex għandu s-sitwazzjoni unika fejn għandu turiżmu internazzjonali u nazzjonali. Li hu żgur hu li turiżmu nazzjonali għal Għawdex se juri kemm hu importanti. Nisperaw li t-turiżmu f’Għawdex jiffjorixxi fis-sajf, allavolja l-ajruport jaf ikun għadu magħluq.”  Dan sostnieh il-Ministru Edward Scicluna fil-ħin tal-mistoqsijiet fil-Parlament.

Sport