Wednesday, November 20, 2024

It-Turkija tgħid li s-suspettat mexxej tal-Istat Iżlamiku Qurayshi nqatel fis-Sirja

Aqra wkoll

Il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan ħabbar li l-forzi Torok qatlu lis-suspettat mexxej tal-grupp tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja.

Jingħad li Abu Hussein al-Quaryshi ħa f’idejh il-grupp wara li l-predeċessur tiegħu nqatel fl-istaġun tal-ħarifa li għadda.

Waqt li kien qed jitkellem tkellem mal-istazzjon TRT Turk, Erdogan qal li l-mexxej tal-IS kien “newtralizzat” f’operazzjoni tal-aġenzija tal-intelliġenza MIT Torka nhar is-Sibt.

S’issa, l-IS ma għamel l-ebda kumment dwar l-operazzjoni rrappurtata. “L-aġenzija tal-intelliġenza MIT kienet ilha ssegwi lil Qurayshi għal “żmien twil”, qal is-Sur Erdogan.

“Se nkomplu l-ġlieda tagħna ma’ organizzazzjonijiet terroristiċi bla ebda diskriminazzjoni,” żied jgħid mingħajr ma pprovda aktar dettalji.

Sorsi Sirjani kkwotati mill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalu li l-operazzjoni saret fil-belt ta’ Jandaris fit-Tramuntana, qrib il-fruntiera Torka.

F’Novembru li għadda, il-grupp jihadist ħabbar il-mewt tal-mexxej tiegħu, Abu al-Hassan al-Hashemi al-Qurayshi. L-Istati Uniti qalet li nqatel f’operazzjoni mir-ribelli ‘Free Syrian Army’ fil-Lbiċ tas-Sirja lejn nofs Ottubru tal-2022.

Huwa ħa f’idejh il-grupp wara li l-mexxej preċedenti Abu Ibrahim al-Hashimi al-Qurayshi kkawża splużjoni li qatlet lilu nnifsu u lil familtu hekk kif il-forzi speċjali tal-Istati Uniti daħlu fil-moħba tiegħu wara sparaturi fi Frar tal-2022.

Din l-operazzjoni “neħħiet theddida terroristika kbira għad-dinja”, kien iddikjara dakinhar il-President Amerikan Joe Biden.

Sport