Friday, December 27, 2024

It-Turkija twettaq offensiva oħra kontra l-partit tal-Kurdi ġewwa l-Iraq

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-bieraħ it-Turkija bdiet offensiva oħra mill-art u mill-arju kontra l-militanti Kurdi ġewwa l-Iraq. Dan ħabbru l-Ministru tad-Difiża tal-pajjiż.  

Ajruplani militari, artillerija u truppi tat-Turkija bdew jattakkaw żoni kkontrollati mill-Partit tal-Ħaddiema Kurdi (PKK) fit-Tramuntana tal-Iraq.

Din l-operazzjoni militari hija parti minn kampanja li ilha għaddejja s-snin mit-Turkija ġewwa l-Iraq u s-Sirja kontra l-militanti tal-PKK u l-Kurdi Sirjani YPG, li Anakra tqishom bħala gruppi terroristiċi.  Din l-aħħar offensiva seħħet fir-reġjuni ta’ Metina, Zap u Avshin-Basyan.

Ekonomija

Sport