“Ittajjar u ilgħab mal-anġli sbieħ bħalek Emily. Issa qegħda f’post fejn jixraqlek bla tbatija pupa tiegħi.” Hekk bdiet biex tikteb omm iċ-ċkejkna Emily ftit tal-minuti ilu. Vanessa kompliet tikteb li Emily, għallimtna ngħixu u bis-saħħa tagħha ersaqna iktar lejn Alla bit-talb u nsejna d-differenzi ta’ bejnietna u għaqqaditna.
L-omm irringrazzjat lil kulħadd tat- talb kollu u assigurat lil kulħadd li bih kellhom s-saħħa u l kuraġġ ikomplu għaddejjin. Hija temmet tappella “Apprezzaw lil uliedkom u l-affarijiet iż-żgħar fil-ħajja ħbieb tiegħi.”