Wednesday, December 25, 2024

Ittardjar fil-vjaġġi tal-Gozo Channel minħabba l-maltemp

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni diversi persuni rrikorrew għall-midja soċjali biex jilmentaw minħabba ċertu dewmien biex jaqsmu bejn il-gżejjer. Sa minn qabel is-sebħ bdew jinxterdu ritratti ta’ persuni li lmentaw fi kjuwijiet ta’ stennija miċ-Ċirkewwa u jistaqsu jekk kienx hemm spjegazzjoni għall-ittardjar fil-vjaġġi.

Meta kkuntattjat minn talk.mt, iċ-Chairman tal-Gozo Channel Joe Cordina kkonferma li s-servizz ma kienx imwaqqaf, iżda kien hemm xi dewmien minħabba li bħala prekawzjoni mill-maltemp, il-vjaġġi kienu qegħdin jgħaddu minn wara Kemmuna.

Il-paġna lokali Temp Madwarna ilbieraħ ħarġet twissija li sa nhar il-Ħadd li ġej, mistenni li jaħkem riħ qawwi fuq il-gżejjer Maltin. Huma bassru li r-riħ se jkun jonfoħ mill-Punent il-Lbiċ u se jkun qawwi sa Forza 6/7 b’buffuri qawwija sa Forza 8/9.

Ekonomija

Sport