Fil-Parlament kompliet id-diskussjoni dwar l-abbozz ta’ liġi dwar il-Koabitazzjoni. Is-Segretarju Parlamentari, Rosianne Cutajar qalet li hemm barra hemm nies jinħabbu iżda jħossu li m’għandhomx jiżżewwġu.
Niftakar fejn koppji li kienu jikkoabitaw kienu jistħu jgħidu li qed jagħmlu dan għax is-soċjetà kienet ittihom it-tabella ta’ poġġuti. Iva rajt tfal li għaddew minn ibbuljar għax il-ġenituri tagħhom kienu poġġuti”, kompliet Cutajar.