It-tim ta’ Eolo-Kometa jisnab Malta għal kamp ta’ taħriġ fejn ukoll ser ikunu organizzati ġirja bir-rota f’Malta, nhar l-Ħadd 20 ta’ Novembru 2022 bil-parteċipazzjoni wkoll taċ-ċiklisti lokali flimkien maċ-ċiklisti kollha profesjonali tal-Eolo-Kometa, kif ukoll mal-Managers tagħhom, l-eks ċiklisti professjonali rebbieħa ta’ diversi unuri fost l-oħrajn tat-Tour de France u anke tal-Giro d’Italia, Alberto Contador u Ivan Basso. Din il-ġirja bir-rota se tkun ikkordinata minn VisitMalta, Eolo Kometa Cycling Team u Valerio Agnoli, flimkien ma’ Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, li se jikkordina liċ-ċiklisti Maltin biex jipparteċipaw f’dan l-avveniment.
Dan l-aħħar Valerio Agnoli li huwa l-kordinatur tal-proġett ta’ ftehim li sar minn Visit Malta mal-istess Eolo-Kometa Team żar Malta fost l-oħrajn għal taħdidiet mal-uffiċċjali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu biex jaraw kull possibilta’ li hemm għal iktar koperazzjoni ta’ żvilupp taċ-ċikliżmu f’Malta. Dan grazzi wkoll għall-viżjoni tal-Ministeru tat-Turiżmu l-Onor. Clayton Bartolo u c-CEO ta’ Visit Malta, Carlo Micallef li flimkien mal-istess Valerio Agnoli u l-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, flimkien mal-klubbs affiljati magħha, lkoll jemmnu f’din il-ħolma mhux biss ta’ iktar żvilupp opportunistiku u li tiġġenera iktar turiżmu sportiv lejn pajjiżna, iżda fuq kollox li xi darba Malta għad ikollha xi ċiklista professjonali.
Iktar dettalji ingħataw waqt konferenza stampa li saret ilbieraħ f’lukanda ewlenija f’Gġaj Tufieħa li ġiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu, l-Onorevoli Clayton Bartolo, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u ċ-Chairman tal-istess Awtoritá Dr Gavin Gulia, Ilkoll kellhom kliem ta’ inkoraġġiment u tifħir għall-fatt li ċiklisti ta’ dan il-livell mondjali, jiġifieri Ivan Basso u Alberto Contador, jinsabu f’pajjiżna li żgur se jservu ta’ reklam sabiħ għal pajjiżna.
Intant, tkellmu wkoll l-istess Ivan Basso u Alberto Contador li t-tnejn kellhom kliem sabiħ u tifħir għal pajjiżna u għall-Awtoritá Maltija tat-Turiżmu u VisitMalta fejn baqgħu impressjonati bis-sħiħ bis-sbuħija ta’ gżiritna u qalu jinsabu lesti li jkomplu jinvestu f’pajjiżna permezz ta’ aktar kampijiet ta’ taħriġ bħal dawn fost oħrajn fil-futur.