Sunday, November 24, 2024

Ivan Falzon jinħatar Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta

Aqra wkoll

Is-Sur Ivan Falzon inħatar Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali.

Is-Sur Falzon serva bħala l-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Qabel din il-kariga, hu okkupa numru ta’ rwoli ta’ tmexxija fis-setturi tas-saħħa u tal-avjazzjoni.

Is-Sur Falzon kien strumentali f’numru ta’ proġetti ta’ trasformazzjoni li saru matul dan il-perjodu. Dan filwaqt li s-servizz tajjeb lill-klijent dejjem baqa’ bħala parti ċentrali u importanti mill-missjoni tiegħu.

Sport