Saturday, October 19, 2024

Ivan Fresneda qed jinteressa lil Milan

Aqra wkoll

Id-difensur lemini li bħalissa qed jilgħab f’pajjiżna mat-tim nazzjonali Spanjol fil-kampjonat Under 19 Ivan Fresneda qed jinteressa mhux ftit lil AC Milan.

Fresneda kellu logħba kbira kontra l-Greċja jumejn ilu tant li għen lit-tim tiegħu jirbaħ 5-0 fil-Gozo Stadium.

Milan qed jaraw lil dan il-plejer b’ċertu attenzjoni u jaf ikun ukoll parti mit-tattika tal-kowċ Stefano Pioli. Hu jilgħab fi Spanja ma’ Real Valladolid.

Sport