Il-captain ta’ Sevilla, il-Kroat Ivan Rakitic, huwa l-aħħar isem kbir minn La Liga li qed jissemma’ biex imur jilgħab fl-Arabja Sawdija.
Wara li Al Ittihad kisbu lill-captain ta’ Real Madrid, Karim Benzema, clubs Sawdi oħra kabbru l-isforzi tagħhom tant li jistgħu joffru pakketti ta’ salarji kbar lill-players, partikolarment dawk fl-aħħar snin tal-karriera tagħhom.
Rakitic jinsab fuq ir-radar ta’ Al Ettifaq u skond rapporti l-club diġà kellem lill-aġent ta’ Rakitic, b’offerta miċħuda ta’ €6 miljun fis-sena, iżda issa mistennija jagħmlu offerta mġedda ta’ €10 miljun fis-sena lill-player ta’ 35 sena.